Tuesday, April 04, 2006

Il-flus

Ghandi kollox, u m'ghandi xejn. Immur id-dar,wahdi, ma insib xejn. Dejjem wahdi. Il-mara ma nafx fejn qieghda, nimmagina ghand Harry. It-tfal kibru, u Spock, l-unika habib tieghi, miet. Kemm hi tad-dahq il-hajja. Ta'madwarna jimmeraviljaw bina ghax qisna xi reklam jew bhal tal-films. Dar mill-isbah,karozzi lussuzi, b'sahhitna u sbieh. Minn barra.

Imma gewwa hemm id-duda. Id-duda ila tghawwar ftit ftit gewwa fija. Ilu snin, u illum il-gurnata wasal fejn il-qalbha. L'effett tad-duda ma jinhassx mal-ewwel. Id-duda kienet dahlet sew gewwa fija qabel ma indunajt biha. Tibda tnemnem gewwa fija u gieli kont nitlob biex l-ugiegh jizdied halli nkun nista naghmel xi haga, imqar b'impulz ta'genn, rabja u ugiegh. Imma jien bezziegh. Il-flus joghgbuni u ta'kull xahar niccappas bihom.

Ghax bil-flus hadd ma jinduna bid-duda u kulhadd jiftahar u jghir ghalik. Ahjar ma jkunux jafu, halli jkunu jistghu jghiru u jisthutni bil-kalma kollha. Ili nghix taht is-saqaf ta'dik li hi imsejha/misthajla marti ghal dawn l-ahhar tletin serna. Nghid li hi misthajla ghax fil-fehma tieghu u taghha, hi iktar mart Harry, milli marti. Hija marti fl-isem u quddiem il-ligi biss,imma go qalbha hi martu.

Ghadni niftakar il-gurnata li ltaqjt maghha. Kienet sahhritni bi gmielha. Hi go fija kienet rat biss l-istatus ta'ismi. Dan ghaliex hi kellha l-flus u jien kelli l-isem.

Kienet ga tqila minn ta'Harry u kienet ghed tfittex ragel, billi Harry kien ga mizzewweg. U jien kellhi nkun dak. Dak il-mazzun. Kienet qaltli b'kollox wara ftit li izzewigtha u li sirt inhobbha. Kienet qaltli kollox, sa'l icken dettal u jien l-iblah kont nahseb li jekk nipprova iktar kienet se taghzel lili minfloku. Imma jien bezziegh.

Illum jien nithallas manteniment ta'kull xahar. Nithallas sew talli naghlaq halqi u ma inxandariex ma'l-erbat irjieh. Xorta ghadni bezziegh imma llum rabbejt is-sens. Il-flus jmexxu d-dinja u ghalhekk biex nidher sultan u rebbieh ghandi bzonnha. Jien imcappas, jien midneb daqsha. Ghandi bzonn nitghammed mill-gdid halli innehhi din ir-riha nausejanti li ghandi. Din ir-riha ta'flus imhallta ma'biza u rabja mohbija. Imma ma nafx kif. JIena inhossni xih wisq u ghed inhossi li l-mewt daqt izzurni u nitlob mahfra lin-nazzarenu ta'dak kollu li ghamilt, jew ahjar li m'ghamiltx.


I'm sorry about the spelling but maltese is not my forte.

2 Comments:

At 12:45 PM, Blogger Malti said...

ghogbitni...silta qasira u mexxejja, u ddahhlek gol-karattru...

 
At 11:20 AM, Blogger keBo said...

Kont nimmagina li kellek xi blog int. Ghajjien wisq biex naqra s-silta li kitbt, forsi ghada naqraha sew u nikkummenta xi haga. Sadanittant ha nzidek fil-[ bloggs rispettabli ] tieghi.

 

Post a Comment

<< Home