Wednesday, May 03, 2006

Fejn il-bahar


Tiskanta x'differenza jaghmel iz-zmien tas-sena. Fir-Rebbiegha, is-sigar u l-pjanti jkunu qed jhaddru. Imma fil-Harifa kollox jiehu xehta ta' kulur in-nar. Il-bahar, billi jaghmel parti min-Natura, jinbidel ukoll bl-istaguni.
Il-bahar fix-xitwa hu iktar interessanti milli l-"alter ego" tieghu tas-sajf. Il-bahar fix-xitwa jkun iktar selvagg u iktar "realistiku". Tkun taf fejn qieghed mieghu. Dan ghaliex tkun tista' tara quddiem ghajnejk il-qilla u l-poter tieghu u taghtih il-qima mehtiega. Imma l-bahar fis-sajf ikun kalm b'mod perikoluz. Iqarraq bik. persuna ta'l-istagun tax-xitwa taf li f'sekonda, il-bahar jista jinbidel minn zejt ghal mostru bil-kapacita' li jibla' l-art.
Kienet gurnata sewdiena. Tiskanta kif gieli jkun hemm parallelizmu bejn it-temp u l-burdata tal-bniedem. Dakinhar kollox kien gej hazin u qtajta li mmur sa fejn il-bahar forsi nikkalma ftit. Biex nasal fejn il-bahar kelli nghaddi minn fuq il-blat. Dan il-blat (li min jaf kemm ra snin u affarjiet) hassjetu jkellimni. Iddecidejt li ninza' hafi. Hadt gost inhoss it-tingiz tal-blat f'saqajja ghax ghal mument mignun hassejtni bhan-Nazzarenu. Hassejt ftit mit-tbatija tieghu. Bqajt niezel iktar l'isfel u f'daqqa wahda il-veduta laqtitni (qisha tatni daqqa ta'ponn go nofs mohhi). Dak il-hin dik il-veduta ta'bahar qieghed jitwahhad u jahqar il-blat iccasatni. Dak il hin induanjt kemm il-bniedem hu zghir fejn il-kejl tan-Natura. In-Natura hi bhal mara mahqura - tistaporti. Imma imbghad darba taghmel xi haga li ma tistennijix, tizbroffa.
Ma nafx kemm domm hemmhekk. Jista' jkun domt ghaxar minuti, jista' jkun ghaxar sighat, imma mhux daqshekk importanti. L-importanti hu li dak il-hin ippruvajt u stajt nifhem il-bahar. Dak il-mument ta' illuminazzjoni. Kont qieghed nahsibha immurx gol-bahar halli anki jien nitghaqqad ma'dik is-sostanza mirakoluza li taghti il-hajja u tehodha. Imma x'hin qomt biex immur hemm, nisma lehen jghajjatli.
Kienet ohti li ghadet tfittixni ghax dakinhar kont qbadt u tlaqt bla ma ghidt lil hadd... "kif taghmel hekk? Lanqas li ahna l-annimali tieghek...!"
U jien nimxi sieket warajha.

1 Comments:

At 8:54 AM, Anonymous Anonymous said...

ee well done!!!! keep it up eee!!! :):):):) very nice.

 

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home